Volha Hapeyeva is an award-winning Belarusian poet. Her works have been translated into more than 10 languages. She has had poems published in the USA, Austria, Germany, Poland, Russia, Georgia, Lithuania, and other countries. She writes poetry, prose and drama, as well as occasional books for children. A member of the Belarusian PEN Centre and the Belarusian Writers’ Union, Volha also translates poetry – predominantly from English, German and Chinese – and has translated poets such as Kobayashi Issa and Sylvia Plath. She holds a PhD in linguistics; her research is in the fields of comparative linguistics, philosophy of language, sociology of the body, and gender issues in culture and literature.

Poetry from In My Garden of Mutants. This pamphlet will be published by Arc early next year.

Maltese translations by Miriam Calleja.

Ma kontx naf li se tkun daqshekk diffiċli li nilbes libsa
 
Ma kontx naf li se tkun daqshekk diffiċli li nilbes libsa
Dublett takkuna ġiżirana
Mingħajr ma nsir siġra tal-Milied
Jew hekk insir bla ma ninduna
Ċajta kerha
Li maqbuda f’ġisem
Li forsi ma ridnix
Inkun maqbuda fih
U mlibbsa hekk
Kif jien
 
Forsi ried li ta’ madwari jaraw iktar minnu
U dawn il-flokkijiet wiesgħa jirrabjawh
U jien irrabjata ma’ ġismi
ninsa li kull mara titwieled
u kull raġel jitwieled
għarwien
 
quddiem il-mera tal-kurutur
b’għajnejja nfakkru f’kulma għaddejna minnu
u hu jħares lejja
bil-buri
għax illum erġajt
ilbist xi ħaġa li ma jiġihx.
Il-qalb tfieq aktar
 
Il-qalb tfieq aktar
Bil-mod minn organi oħra
U qatt ma tfieq kompletament
Hekk jgħidlek fil-kotba
 
Jiġifieri
Naħseb
Li kull minn hu ġewwa ġewwa
 
Titħassar in-naħa tal-lemin ta’ persuna
Wiċċ jintilef
U ieħor jikber minfloku
 
Lingwi, snin, ismijiet
Jitħalltu
Fil-ġnien ta’ dawn il-mibdulin
Fejn intlifna

 
Manifest tal-poeżija
 
Il-poeżiji ssibhom f’forom differenti.
Jistgħu jkunu twal, jew mhux daqshekk. Femminili, jew mhux daqshekk
Il-poeżiji jikbru wkoll, imma m’għandhomx bżonn ilma. Mhumiex siġar u inti m’intix l-ilma.
Biex jikbru l-poeżiji għandhom bżonn it-tbennin.
Tista’ tiltaqa’ ma’ poeżija li jonqosha sieq jew id, imma tinkwetax -
Dawn jerġgħu jikbru bħal wiżgħa li titlef denba u terġa tkabbru.
Però xi poeżiji qatt ma jkabbru ġwienaħ, jew ikabbruhom u mbagħad jerġgħu jitilfuhom. Forsi għandhom xi nuqqas ta’ kalċju jew xi ħaġa hekk.
Imma stenn, qed ngħaġġlu.
L-ewwel il-poeżija trid taqbadha.
Il-poeżiji jitferrxu, jilgħabu noli, jagħmlu tabiruħhom li huma proża u affarijiet bħal dawn. Allura l-aħjar li tuża kopp.
Se jeħlu miegħek apposta biss jekk tkun qed tiġri jew issuq, jeħlu ma’ xahrek bħar-riħ, fuq ħabbejk, jistrieħu bħallikieku windscreen,
Inti mbagħad kemm tiktibhom.
Biex taqbadhom meta tkun wieqaf aktar diffiċli - ikollok bżonn nassa.
Poeżiji predaturi japprezzaw xi qatra demm.
Dawk bil-kilba għall-ħlewwiet xi nixxiegħa għasel,
Li terġa’ taqa’ mill-kuċċarina għal ġol-vażett.
Imbagħad l-iġsma ta’ dawn (jekk ġbart biżżejjed u m’hemmx fejn joqogħdu) sammarhom fuq paġni tal-karta, ippubblikhom ġo ktieb u hekk ikollok ċimiterju personali.
Hemm bosta modi u soluzzjonijiet oħra, kategoriji skont liema poeżiji huma wkoll bnedmin u jekk tersaq wisq viċin jista’ jkun hemm ġenn tal-moħħ jew tal-ġisem.
Miriam Calleja

Author Miriam Calleja

More posts by Miriam Calleja

Leave a Reply