Traduzzjoni tal-poeżija nimm diese kenternden tage ta’ Karin Fellner // Translation of the poem nimm diese kenternden tage by Karin Fellner into Maltese

F’dawn il-ġranet ta’ taħt fuq

fil-vojt tal-belt

mad-daqqa tas-siegħa li baħħret

il-ġibjun tbattal.

Fil-qieħ imqarqaċ

xi ħadd qala’ t-tapp u

il-baħar tal-lum imbaram

fil-biraħtlula. Issa magħluqin.

Miriam Calleja

Author Miriam Calleja

More posts by Miriam Calleja

Leave a Reply