Kif tirbaħ metru

kilthom l-għeruq
biex irbaħt xi metru jew tnejn

titla’ kemm titla’ tħossok minn taħt
l-art, wiċċek qatt ma jsib

il-għaxqa tax-xemx
kollox sar dlam u trab

u wara t-trab, sħana tremenda
ma teħles minnha b’xejn

taqbel mal-kesħa tax-xitwa
li tidħol fl-għadam

it-triq tisserrep, terġa’ tasal fejn kont.
kiltu d-dell, il-mistrieħ tan-natura

basta rbaħt metru jew tnejn



Kif tirbaħ metru ġiet ippubblikata fir-rivista tal-Għaqda tal-Malti għadd 38 Leħen il-Malti

Miriam Calleja

Author Miriam Calleja

More posts by Miriam Calleja

Leave a Reply